Hbieb Bongu,

GRAZZI!

Gimgha ilu tajtkom sfida biex inkunu l-kumpanija bl-akbar donazzjoni. Gbarna €1,187 u l-kumpanija iddecidiet li zzid is-somma ghal €2,500. B’din is-somma gejna l-benchmark tal-kumpaniji l-ohra ghax tajna l-ikbar somma. L-ambjent li nahdmu fih ahna f’kull settur mimli sfidi ta’ kuljum, b’attakki kontinwi mill-kompetizzjoni pero kif ghelibna din l-isfida tal-Istrina, illum ninsab aktar cert li bhala tim wiehed neghlbu l-isfidi futuri li jigu ghalina.

Barra minn din is-somma bhalha kumpanija din is-sena biss tajna donazzjoni ta’ €10,000 lil-iskola Primarja San Benedittu ta’ Birzebbugia – dawn il-flus jintuzaw biex jinxtraw kotba u ikel lil tfal li gejjin minn familji bi problemi u anke tajna €30,000 biex jinbena “skate park” ghat-tfal tar-regjun tan-Nofsinhar li responsabbli ghalih hemm il-President’s Trust Foundation. Gimgha ilu iffirmajna kuntratt mal-kunsill ta’ Hal Ghaxaq fejn l-Enemed tat €105,000 fuq tlett snin biex jinbena bandli gdid fil-lokalita’ u f’Jannar se taghmel l-istess mal-kunsill lokali tal-Gudja ghal gnien gdid.

Bhala kumpanija nixtieq li naghmlu d-differenza mhux biss fuq il-postijiet taghna u mal-klijenti taghna imma wkoll fil-komunita’ fejn nahdmu. Qed jirnexxilna naghmluh biss ghax (kwazi) kulhadd qed jaghmel l-almu tieghu kollu biex il-kumpanija tkun aktar b’sahhitha. Cert li kif inhossni kburi jien bil-kumpanija taghna, inthom kollha thossukom kburin. U ghandkom ghalxiex thossukom kburin.

Nahseb ktibt iz-zejjed, ghalhekk naghlaq billi niehu l-opportunita’ biex nawgura lilkom u lill-Familji taghkom festi mill-aqwa u Sena Gdida mimlija gid u hidma biex il-kumpanija taghna tkompli tkun l-aqwa.