Enemed Co. Ltd. għandha pjanijiet iddettaljati biex tilqa’ għal kull emerġenza li tista’ tinqala’ fl-istalazzjonijiet tal-‘fuel’ tagħha. Individwi li joqgħodu jew jaħdmu fil-viċinanzi jiġu mgħotija informazzjoni dwar kif jieħdu ħsieb is-sigurta’ tagħhom f’kaz li tinqala’ emerġenza serja. Id-daqq tas-sirena tal-emerġenza hi waħda mill-miżuri ta’ sigurta’ li tintuza biex il-kommunita’ tkun avżata b’dawn is-sitwazzjonijiet.

l-Enemed Co. Ltd tixtieq tavza l-pubbliku li bhala parti mill-manutenzjoni regolari tas- sistemi ta sigurta’, nhar l-Erbgha 6 ta’ Settembru 2017 ser tkun qed tittestja s-sireni tal- emerġenza fl-istallazzjonijiet tal-‘fuel’ tagħha ta’ Ras Ħanżir, Ħas-Saptan u Birżebbuġa.

L-‘alarm’ fl-istallazzjonijiet tal- ‘fuel’ ta’ Ras Ħanżir u Ħas-Saptan ser tiġi ittestjata fid- 9.00 ta’ filgħodu waqt li l-‘alarm’ fl-istallazzjoni ta’ B’Bugia ser tiġi ittestjata ħames minuti wara, fid-9.05 ta’ filgħodu.

Ghaldaqstant il-pubbliku m’ghandux jallarma ruhu meta jisma dawn is-sereni jindaqqu fil-hijniet imsemmija hawn fuq.